Kompetizzjoni SOTEU 2018

Tixtieq taqsam l-opinjoni tiegħek dwar il-futur tal-Ewropa u tidħol biċ-ċans li tirbaħ vjaġġ għal Strasburgu għad-dibattitu dwar l-Ista tal-Unjoni (SOTEU)?

Tajjeb, toqgħodx lura - il-parteċipazzjoni hija bla ħlas!

Grazzi għal din l-opportunità unika, għaxra minnkom se jkunu mistiedna jiġu Strasburgu għas-SOTEU!

Kif tipparteċipa fil-kompetizzjoni

Faċli ħafna: ikkonvinċi ħafna nies jissieħbu fil-kampanja billi tuża l-link unika tiegħek, li tiksibha meta tirreġistra fis-sit www.thistimeimvoting.eu, u taqsamha ma’ l-akbar numru ta’ ħbieb possibbli. Minn naħa tagħna nżommuk aġġornat bin-numru ta’ nies li ssieħbu permezz tal-għajnuna tiegħek.

Hemm biss żewġ regoli: Kun ċert li dawk li jirreġistraw jagħmlu hekk permezz tal-link unika tiegħek (li għandha dan il-format https://www.thistimeimvoting.eu/?recruiter_id={Number}) ; u kompli għamel dan sa mhux aktar tard minn nofs il-lejl (CET) tal-31 ta’ Lulju. It-tim tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew imbgħad jieħu ħsieb jistieden lil l-għaxar imsieħba tal-kampanja li kienu l-aktar influwenti biex imorru Strasburgu.

X’jinvolvi dan?

L-għaxar rebbieħa ikunu mistiedna għal vjaġġ ta’ tlett ijiem fi Strasburgu (10-13 Settembru). Huma jiltaqu u jaqsmu l-opinjonijiet tagħhom mal-MPE, u jkollhom VIP seats minn fejn jistgħu jsegwu id-dibattitu dwar l-Istat tal-Unjoni, li huwa l-aktar dibattitu importanti li jinżamm fil-Parlament kull sena u li jagħti d-direzzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sena li jmiss. It-tim tal-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ikun għad dispożizzjoni biex jipprovdi għajnuna u informazzjoni. L-arranġamenti u l-ispejjeż għall-akkomodazzjoni u vjaġġar ikunu koperti mill-Parlament ewropew.

Min jista’ jipparteċipa fil-kompetizzjoni?

Dawk kollha li jkunu għalqu t-tmintax -il sena, u jgħixu ġewwa pajjiż tal-Unjoni Ewropea, u jkunu disponibbli bejn l-10 u t-13 ta’ Settembru biex jiġu Strasburgu. L-għaxar rebbieħa ikunu kkuntattjati permezz ta’ email - għalhekk kun ċert li tiċċekkja l-email fil-ġurnata!

Meta tipparteċipa f’din il-kompetizzjoni tkun qed taqbel u taċċetta li tkun iffilmjat f’vidjo li jitpoġġa fuq il-midja soċjali tal-Parlament Ewropew.